Is-sistema ġdida tal-punti tas-sewqan jidher li ntlaqgħet tajjeb ferm mill-pubbliku. Sistema li mill-ewwel ta’ Diċembru nfirxet għas-sewwieqa kollha. Bis-sistema s’issa kienet torbot biss lis-sewwieqa l-ġodda għall-ewwel tliet snin mindu jġibu l-liċenzja.
B’din is-sistema hija maħsuba biex toħloq kuxjenza akbar dwar is-sigurta’ fit-toroq ta’ pajjiżna. One News tkellem ma’ numru ta’ persuni li stqarru li huma favur din is-sistema ġdida. B’uħud jgħidu li din is-sistema ta’ punti tas-sewqan kelli tiġi estiża snin ilu.
Bil-maġġoranza ta’ dawk li kellimna jemmnu li s-sistema ġdida ta’ punti tas-sewqan se tkun qed tagħmel it-toroq Maltin aktar siguri u li se jkunu qed jonqsu l-inċidenti.Is-sewwieqa jistgħu jakkumulaw sa massimu ta’ tnax-il punt f’sena sħiħa fuq diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku.
Jekk dan l-ammont jintlaħaq, is-sewwieq jitlef il-liċenzja għal xahrejn.
It-tnax-il punt huma validi għal sena, għaldaqstant, kwalunkwe ammont ta’ punti li jingħata xufier, jitneħħew mal-bidu tas-sena ta’ wara.