Raġel ta’ 51 sena residenti Għajnsielem, Għawdex, tressaq il-Qorti akkużat li fit-30 ta’ Novembru 2017 ġewwa l-awla tal-Qorti f’Għawdex, hedded, għajjar lill-Maġistrat filwaqt li kiser il-paċi u m’obdiex l-ordni tal-awtoritajiet.
L-akkużat wieġeb li hu mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà taħt diversi kundizzjonijiet filwaqt li ġie ordnat iħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.
Il-kawża qed tiġi preseduta mill-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-prosekuzzjoni qed titmexxa l-ispettur Bernard Charles Spiteri.