Qraba ta’ Ingliż qegħdin jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab.
Tom Stewrard, raġel ta’ sittin sena għeb is-Sibt li għadda u ntelmaħ l-aħħar f’Ħat Attard. Bintu tar-rispett, Michelle Burgess, kitbet fuq is-sit soċjali tagħha li Steward huwu dijabetiku u m’għandux mediċina fuqu. Hija qalet li l-familja tinsab f’kuntatt mal-Kummissjoni Għolja Ingliża u l-Pulizija.
Kull mingħandu xi informazzjoni dwar Steward jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001-9 jew 119. Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.