Tard il-Ġimgħa filgħaxija nħasset theżżiża qawwija mal-pajjiż kollu b’mod partikolari fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
It-theżżiża li seħħet bejn Malta u l-Libja kellha saħħa ta’ 5.8 fuq l-iskala Richter u seħħet għall-ħabta tal-11.10 p.m. It-theżżiża damet tinħass għal madwar sitt sekondi.
It-theżżiża kienet irrekordjata wkoll mid-Dipartiment tas-Sismoloġija fl-Università ta’ Malta li jkejjel it-terremoti.
Kienu diversi persuni li għall-ħabta tal-ħdax u għaxra qalu li ħassew it-terremot. F’Ħal Luqa xi nies ħarġu wkoll barra minn darhom maħsudin bit-theżżiża li riegħdet l-art.
It-terremot inħass ukoll minn għadd ta’ lokalitajiet fosthom is-Siġġiewi, iż-Żejtun, in-Naxxar, il-Ħamrun u l-Mosta.
Ritratti mibgħuta lil One.com.mt juru wkoll konsenturi li tfaċċaw f’ħajt ta’ residenza fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
Ibgħatilna r-ritratti tiegħek fuq onenews@onenews.com.mt
Correct, too small for us to locate it. We are waiting, for sure our colleagues in #Malta are rushing to the lab to locate it https://t.co/L2aQSwZWJs
— EMSC (@LastQuake) December 1, 2017