Mil-lum fl-ajru hemm librerija. Dan għax l-Air Malta flimkien mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu nediet inizjattiva fejn toffri ktieb x’jaqraw lit-tfal li jkunu fuq titjira. B’hekk it-tfal jgħaddu l-ħin b’xi ħaġa li żgur tiswihom mitqlu deheb. Kull ajruplan tal-Air Malta għandu 18-il ktieb għal etajiet ta’ bejn sentejn u ħdax u l-cabin crew se jkunu qed joffru dan il-ktieb li mbagħad jinġabar biex it-tfal igawduh fit-titjira li jkun imiss.