L-industrija Maltija tal-films lesta għal aktar tkabbir, iwiegħed ilkummissarju l-ġdid “Jien determinat li niżgura li fis-snin li ġejjin niksbu riżultati aħjar billi nattiraw tipi ġodda ta’ films lejn il-gżejjer sbieħ tagħna” qal il-Kummissarju tal-Films ta’ Malta, Johann Grech.
Il-Kummissarju tal-Films il-ġdid ta’ Malta llum beda l-ħidma tiegħu b’aġenda ambizzjuża li timmira għal aktar tkabbir fl-industrija, u li tiffoka fuq li tattira produzzjonijiet ġodda lejn il-gżejjer Maltin minn lill hinn mill-istudios tradizzjonali ta’Hollywood. Bħala Kummissarju tal-Films, Johann Grech se jkun responsabbli għat-tħaddim talorganizzazzjoni li tagħti appoġġ lill-industrija tal-films Maltija u li taħdem biex tħajjar produtturi barranin jiġu jiġbdu f’pajjiżna. Johann Grech wiegħed li se jippromwovi l-industriji kreattivi ta’ livell globali ta’ Malta għall-industriji tal-films emerġenti bħall-Indja u ċ-Ċina, kif ukoll għall-pjattaformi diġitali. Il-messaġġ tiegħi lill-industrija tal-films globali hu wieħed sempliċi: Malta hija filmset fiha nnifisha. Il-gżejjer tagħna joffru dinja ta’ opportunità. Permezz ta’ dan, nistgħu ngħinukom twettqu l-istorja tagħkhom.”, saħaq Johann Grech.
Huwa sostna li Malta rat tkabbir sostanzjali fil-produzzjoni tal-films fl-aħħar snin u rringrazzja lill-preċedissur tiegħu s-Sur Engelbert Grech, li taħt it-tmexxija tiegħu ġew aktar minn 50 produzzjoni fl-aħħar erba’ snin. “Dan hu grazzi għall-kwalità tal-industriji kreattivi tagħna, il-kultura tagħna u l-klima pożittiva għall-ġbid tal-films – biex niżguraw li jinkisbu riżultati aħjar fis-snin li ġejjin, billi nattiraw tipi ġodda ta’ films lejn il-gżejjer sbieħ tagħna.” Fl-aħħar snin, is-Sur Grech serva bħala Kap tal-Marketing tal-Gvern, u se jġib miegħu esperjenza vasta fuq kampanji ta’marketing fix-xogħol il-ġdid tiegħu biex jippromwovi l-industrija tal-films ta’ Malta, f’pajjiżna u barra.
Bħala Kummissarju tal-Films, is-Sur Grech diġà beda jiltaqa’ u jiddjaloga malistakeholders tal-industrja dwar kif Malta tista’ tagħmel aktar biex tippromwovi ddiversità tal-lokazzjonijiet u s-servizzi li tista’ toffri bħala pajjiż, kif ukoll biex jintlaħqgħu swieq emerġenti li qed jikbru rapidament. “Aħna ma noffrux biss inċentivi finanzjarji attraenti, imma aħna hands-on biex nissapportjaw lill-produtturi tal-films f’dak kollu li għandhom bżonn. Barra minn hekk, Malta toffri ambjent sabiħ biex tgħix fih waqt ix-xhur tal-produzzjoni” enfasizza is-Sur Grech.