Ma jinagħtax il-ħelsien mill-arrest ix-xufier tat-trakk li nqabad kemm il-darba jsuq b’manjiera perikoluża fit-toroq Maltin. L-ispettur Sergio Pisani qal lil Qorti li ma kinitx kwistjoni ta’ jekk, imma meta dan ix-xufier kien se joqtol lil xi ħadd.
Marius Camilleri qed ikun akkużat bi 11-il akkuża fosthom li uża liċenzja ta’ mutur sabiex waħħalha mat-trakk tiegħu u li saq mingħajr polza tal-assigurazzjoni.
L-Ispettur Pisani qal ukoll li kien hemm numru kbir ta’ taħrikiet tal-Qorti li ma setgħux jitqassmu lil Marius minħabba li fuq il-karta tal-identità tiegħu kellu indirizz falz. Wara jien ta’ osservazzjoni ħdejn l-indirizz reġistrat fuqhu l-Pulizija kkonkludiet li la Camilleri lanqas familju ma jirresiedu fl-imsemmi post.
Fil-passat Camilleri instab ħati minn tal-inqas erba’ darbiet wara sewqan peikoluż, serq u vjolenza fuq il-Pulzija fost l-oħrajn. Fil-Qorti il-prosekuzzjoni qalet li Camilleri ma weriex rimors għal emielu tant waqt li kienu qed jarrestawh qal lil Pulizija li kif joħroġ kien se jimblokka t-triq bit-trakk tiegħu u “jekk għandkom il-**** ejjew u ċaqalquni”
Id-difiża qalet lil prosekuzzjoni li jekk riedu jsibu lill-imputat setgħu fittxewh fl-indirizzi li kien jiffirma bihom fl-għassa ta’ Ħal-Qormi. L-avukat Leslie Cuschieri qal li anki min ġibed il-filmati tal-imputat isuq kien qed jikser il-liġi għax mhux permess issuq waqt li tuża l-mobile. Cuschieri qal li minħabba li t-trakk jinsab miżmum mill-Pulizija u jafu l-indirizz fejn qed joqgħod talab għall-ħelsien mill-arrest.
Madankollu l-Qorti prpeseduta mill-Maġistrat Monica Vella ċaħdet din it-talba u ordnat sabiex l-akkużat jinżamm fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin minħabba li l-akkużat deher li ma kellu l-ebda rispett lejn il-liġi.