It-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna fl-aħħar snin wassal biex attira lejn pajjiżna eluf ta’ barranin li qed jikkontribwixxu b’mod dirett fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Fost dawn eluf ta’ barranin li ġejjin minn pajjżi barra mill-Unjoni Ewropea.Matul din is-sena aktar minn tlett elef u sitt mitt persuna ta’ nazzjonalità Libjana kienu rreġistrati bħala residenti f’Malta, l-ogħla numru ta’ persuni li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea
Warajhom isegwu s-Serbi b’aktar minn elfejn u seba’ mitt persuna u Filippini b’aktar minn elfejn u erbgħa mitt resident.
Statistika ta’ Identity Malta ppubblikata t-Tlieta fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat turi li ħames ċittadini mill-Korea ta’ Fuq li s-sena li għaddiet kellhom permess ta’ residentza, telqu minn Malta matul din is-sena, wara li l-permess tagħhom ma ġġeddidx.