Id-Dipartiment tas-Saħħa Mentali fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Kummissarju tas-saħħa mentali nedew kampanja #stopstigma.
Stopstigma saret possibli grazzi għall-ħidma ta’ numru ta’ infermiera li speċjalizzaw fis-saħħa mentali u fil-preżent jaħdmu fil-qasam. Dawn, flimkien mal-letturi tagħhom ħadmu fuq numru ta’ posters bil-għan li jkabbru l-għarfien tal-poplu dwar il-problemi ta’ saħħa mentali.
Christy Compton, waħda mill-istudenti li ħadmu għal din il-kampanja spjegat it-tliet kunċetti prinċipali: li tikser is-silenzju, li dawk affettwati huma persuni u mhux il-kundizzjoni u li dawk affetwati kapaċi jaħdmu wkoll.
Il-kap tad-Dipartiment, Dr Josianne Scerri spjegat li dawk affetwati bil-problemi ta’ saħħa mentali jqabbluhom ma mażżra m’għonqhom għax jaffettwaw kull deċiżjoni li jieħdu f’ħajjithom. Persuni jevitaw li jidħlu għall-kura ghax jibżgħu li n-nies isiru jafu.
Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia qal li minkejja l-iżvilupp li qed isir, il-problema tal-istigma xorta għadha preżenti.
Cachia stqarr li ħafna mill-pazjenti li jkollhom bżonn l-għajnuna, qed jirrifjutawha għax jibżgħu li jigu ttimbrati minn sħabhom u minn min iħaddimhom.