Il-Kap Nazzjonalista għal darb oħra kkonferma kif is-suppost mod ġdid tiegħu hu li jbaxxi rasu għal ta’ qablu biex jipprova jikkalma l-inwkiet intern. Dalgħodu f’Ħal Qormi Adrian Delia ħalef li se jkompli jiġġieled lill-Gvern u se jkompli jmur jitkellem kontra pajjiżna barra minn Malta.
Huwa ċar li t-tmexxija tal- Partit Nazzjonalista qed tuża din l-attitudni negattiva tal-passat biex tipprova ġġib xi paċi fil-gwerra interna bejn in-nies ta’ Delia u n-nies ta’ Busuttil. Delia spiċċa kellu jirreferi għal vot ta’ din il-ġimgħa fil-Parlament fejn 9 deputati tal-Oppożizzjoni m’appoġġjawx mozzjoni tiegħu dwar il-leave għal min juża l-IVF barra minn Malta.
L-uniku għażla fl-interess tiegħu, u iktar minn hekk tal-pajjiż, hi li Delia jieħu kontroll tal-Oppożizzjoni biex Malta fl-aħħar ikollha oppożizzjoni serja u kredibbli. – PL