Kienu aktar minn 30 l-immigranti – uħud minnhom tfal, li tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran wara li nqelbet id-dgħajsa li kienu fufqha.
It-traġedja seħħet is-Sibt mal-kosta Libjana, meta bit-tama għal ħajja aħjar, numru t’immigranti mifruxa fuq żewġ dgħajjes kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran.Madwar 60 persuna ġew salvati mill-baħar, u 140 oħra mit-tieni dgħajsa.
Il-kundizzjonijiet tajbin tat-temp u l-baħar kalm fl-aħħar jiem wasslu biex kien hemm żieda sostanzjali fin-numru t’immigranti li telqu mil-Libja biex jaqsmu lejn l-Ewropa.
Il-gwardja tal-kosta Libjana qalet li salvat mal-250 tul il-jum tal-Ħamis, filwaqt li dik Taljana salvat mal-1,100 oħra jumejn qabel.