Keith Felice ta’ 28 sena ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li froda lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis meta kien jaħdem bħala messaġġier fis-segretarjat personali tiegħu.
Kien Parnis li aktar kmieni din il-ġimgħa rraporta lil Felice wara li allegatament kien imur jixtri minn stabbiliment fl-Iklin, jgħid li bagħtu is-Segretarju Parlamentari u ma jħallasx. B’kollox din l-ispiża ammontat għal ħamest elef Ewro. L-oġġetti misruqa kien ibiegħhom sabiex imantni l-problema tad-droga. Fil-Qorti Felice stqarr li safa mkeċċi mill-ġenituri tiegħu u bħalissa m’għandux indirizz fiss.
l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera kkundatu tliet snin ħabs filwaqt li rrakkomandat l-imputat jinagħta l-għajnuna sabiex jindirizza l-problema tad-droga. Il-Qorti appellat lil Felice biex jieħu tagħlima u jirriforma ruħu.