F’laqgħa oħra mis-sensiela Gvern li jisma’, dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li min-nhar it-Tnejn li ġej se jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet biex kull min jixtieq ikun jista’ jakkwista qabar.
Huwa tkellem dwar dan fil-kuntest li żdiedet sew it-talba biex in-nies ikollhom qabar tal-familja. Id-Deputat Prim Ministru spjega li l-Gvern se jirranġa ċ-ċimiterju tal-Addolorata. Fosthom se jsir restawr fuq il-kappella Neo-Gotika.