L-istqarrija ta’ appoġġ mill-Partit Nazzjonalista għall-azzjonijiet tal-MEP David Casa hija attentat iddisprat ieħor tal-Kap, Adrian Delia, li qed jipprova minn kollox bil-għan li jiġbed lejh il-grupp tal-eks Kap tal-istess partit, Simon Busuttil. Dan f’ġimgħa li saħansitra dan il-grupp m’appoġjahx fil-parlament.
Fl-istess ħin, l-azzjoni ta’ David Casa biex jipprova jkompli jħammeġ isem pajjiżna billi jirrepeti allegazzjonijiet, mingħajr ebda ħjiel ta’ provi, mhix sorpriża. Għal dawn l-aħħar snin dan kien l-uniku skop ta’ David Casa u d-delegazzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew.
Filwaqt li l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu x-xogħol tagħhom bil-libertà u l-indipendenza kollha ta’ min jinnota li l-uniku passi li riċentament ħa l-Bank Ċentrali Ewropew kontra kumpanija f’Malta kienet dik li kellha l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi, bħal Direttur.
Wieħed jistaqsi fejn kienu Casa u Delia f’dak il-każ? Ipokriti iktar minn hekk ftit jistgħu jkunu.