Il-Partit Nazzjonalista fetaħ trust sabiex ikun jista jbigħ il-każini tiegħu. Dan sostnih rapport fil-ġurnal Times of Malta. Din it-Trust li jisimha Patria Trust hija reġistrata fuq l-indirizz personali tal-eks Kummissarju Elettorali tal-PN, Joe Borg. Madankollu il-flus miġbura qed imorru kollha għall-Partit Nazzjonalista.
Minkejja li l-Kap il-ġdid Adrian Delia kien wiegħed li jrid isaħħaħ il-każini u mhux ibiegħhom il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jgħamel l-oppost u se jbiegħ 10 każini fuq perjodu ta’ 10 snin. Il-każini li huma imsemmija f’din it-trust huma dawk ta’ Fleur de Lys, ta’ Ħal-Qormi, San Pawl il-Baħar, Birżebbuġa u ż-Żejtun. Il-proċess tal-bejgħ tal-każin ta’ Bormla wasal fi stadju avvanzat hekk kif l-istess sorsi qalu li fuq il-propjeta ġie ffirmat konvenju.
Adrian Delia kkonferma d-dejn multi-miljunarju li għandu l-Partit Nazzjonalista li kull ma jmur dejjem qed jiżdied kawża tal-interessi. Dan ikkonferma aħbar tal-ġurnal Kulħadd. Meta l-Ħadd li għadda żvela, li Delia se jkun qed ibiegħ aktar każini u li sal-bidu tas-sena d-dieħla il-kont bankarju tal-PN se jinxef bid-detriment għall-pagi tal-ħaddiema tiegħu.
Dan huwa każ ieħor fejn Delia wiegħed ħaġa u qed jagħmel l-oppost.