Kmieni dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Marsascala. allegatament xufier ta’ vann tilef il-kontroll u mar fuq in-naħa l-oħra tat-triq b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo erba’ karozzi ipparkjati. Kawża tal-impatt tnejn mill-karozzi sofrew ħsarat konsiderevoli.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.