Raġel ta’ 47 sena minn San Ġwann, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt. Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi u għaldaqstant issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.