Il-liġi li tagħti 100 siegħa leave lil dawk il-koppji li jkunu għaddejjin mit-trattament tal-IVF barra l-pajjiż intlaqgħet tajjeb ferm minn koppji omosesswali. Dan hekk kif fi kliemhom, se jkunu huma l-iżjed li jibbenefikaw minn din il-liġi hekk kif fil-preżent jistgħu jagħmlu dan it-trattament barra l-pajjiż biss.
ONE NEWS tkellem ma’ persuna li qiegħda f’relazzjoni ma’ persuna tal-istess sess, li spjegat li din il-liġi se tibdel il-ħajja ta’ ħafna koppji bħalhom.