Illum wara nofsinhar saret it-tmienja u għoxrin edizzjoni taċ-Charity Fun Run organizzata mill-iskola sekondarja tal-Imrieħel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża.
B’kollox l-istudenti ġabru €8,800 għal numru t’organizazzjonijiet. F’dawn l-aħħar ġimgħat l-istudenti flimkien mal-għalliema organizzaw numru t’attivitajiet oħra marbuta maċ-Charity Fun Run fosthom dawk sportivi u ballu.
Fiċ-Charity Fun Run ħadu sehem ukoll numru ta’ skejjel mill-istess kulleġġ. Wara l-ġirja, l-istudenti nġabru fis-sala tal-iskola fejn ittellgħet serata u fiha ġew ippreżentati d-donazzjonijiet
mill-fondi miġbura.
Il-flus miġbura fl-edizzjoni ta’ din is-sena marru għal:
●Id-Dar tal-Providenza (45%)
●Cystic Fibrosis Trust (15%)
●Il-Fondazzjoni Inspire (15%)
●Is-Santwarju tal-Annimali l-Arka ta’ Noe (10%)
●Il-Fond Benevolenti tal-iskola (15%)