Sal-aħħar tas-sena se jiġu ffirmati l-collective agreements kollha relatati mal-Air Malta
Dan sabiex is sena d-dieħla din il-kumpanija tibda b’paġna gdida. Dan sostnih il-Ministru Konrad Mizzi waqt li kien qed jippresiedi l-iffirmar tal-collective agreement bejn l-Air Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Inginira tal-Ajru.
Mizzi qal li dan huwa l-ewwel collective agreement iffirmat minn sensiela ta ħamsa. Dan il-ftehim jitkellem speċifikament fuq is-sezzjoni tal-Inġiniera li hija magħmula minn 87 persuna.
Il-President Emeritus George Abela li mexxa n-negozjati nnota l-bidla fid-direzzjoni li ħadet din il-kumpanija minn Ġunju l-hawn. Abela temm billi qal li din hija direzzjoni ta’ tkabbir u ta’ espansjoni.