Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonfermaw li fl-ewwel għaxar xhur tas-sena, il-Gvern kellu surplus fil-fond konsolidat ta’ aktar minn erba’ miljun ewro. L-istatistika turi li meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, il-Gvern irreġistra żieda fid-dħul ta’ tlett mija u ħamsa u sebgħin miljun ewro waqt li n-nefqa żdiedet b’mitejn u sitta u ħamsin miljun ewro. Dan wassal għal bidla pożittiva fil-fond konsolidat ta’ mija u għaxar miljun ewro.
Fi Tweet il-Prim Ministru laqa’ din l-aħbar u fakkar fil-viżjoni tal-Gvern sabiex jagħmel lil Malta future proof.