Hekk kif it-tfittxija għas-sottomarin waslet fl-aktar fażi kritika bdew jiġu ppublikati l-ismijiet ta’ wħud mil-baħħara abbord. Il-media internazzjonali qed tirraporta li jekk għadu intatt is-sottomarin jista jkun fadallu madwar 24 siegħa ta’ ossiġnu jew ftit aktar.
Il-logotunent Eliana Maria Krawczyk li għandha 35 sena u hija responsabbli mill-munizzjon abbord is-sottomarin Arġentin.
Fernando Santilli , 35 li ftit xhur ilu kien għadu kif sar missier għall-ewwel darba.
Martin Silva, 32 kien qed iħejji l-aħħar pjanijiet sabiex is-sena d-dieħla jiżewweġ lil Eugenia Ulivarri Rodi li wkoll taħdem mal-Qawwa Navali Arġentina.
Luis Niz, 25, kien se jiżewweġ lill-Alejandra Morales fis-7 ta’ Diċembru
Mario Armando Toconas Oriundo, missier ta’ tifel ta’ tmien snin u flimkien martu qed jistennew il-wild ta’ tarbija oħra.
Il-bieraħ il-Qawwa Navali Arġentina ħabbret li mit-tfittxijiet li saru rriżulta li ftit siegħat wara l-aħħar komunikazzjoni li saret mis-sottomarin instema ħoss li huwa ekwivalenti għall-splużjoni f’fond ta bejn 300 u 600pied taħt il-livell tal-ilma. Għal din it-tfittxija qed jieħdu sehem bosta pajjiżi inkluż il-qawwa Navali Ingliża fejn saħansitra fetħet il-bażi fil-gżejjer Falklands. Il-President Russu, Vladimir Putin ordna vapur mil-Qawwa Navali biex imur fiż-żona sabiex ikun jista jassisti fit-tfittxijiet.