Emmerson Mnangagwa mistenni jingħata l-ħatra ta’ President taż-Żimbabwe b’mod uffiċjali.
Dan wara t-tluq drammatiku ta’ Robert Mugabe wara sebgħa u tletin sena ta’ tmexxija awtoritarja. L-eks viċi president li rritorna mill-eżilju l-Erbgħa se jkun inawgurat fl-istadium ta’ Harare. It-tkeċċija tiegħu dan ix-xahar wasslet biex intervjeniet l-armata u kkaġunat ukoll it-tluq ta’ Mugabe. L-oppożizzjoni qed tħeġġeġ lil Mnangagwa, li kien parti mill-elite ta’ tmexxija, biex iwaqqaf il-kultura ta’ korruzzjoni.