Djamant ta’ 709 karat li nstab fis-Sierra Leone qed jintwera qabel ma jmur f’irkant fi New York.
L-14 l-akbar djamant fid-dinja beda jintwera fi New York nhar it-Tlieta u se jitla’ għall-irkant fi New York fl-4 ta’ Diċembru.
Id-djamant, li tlaqqam “id-Djamant tal-Paċi”, diġà ġie rkantat mill-gvern tas-Sierra Leone iżda dan rrifjuta l-ogħla offerta ta’ $ 7.8 miljun (6.6 miljun ewro).
L-irkant issa qed jiġi ġestit mill-Grupp Rapaport, netwerk internazzjonali ta’ kummerċ tad-djamanti, li qal li l-profitti kollha sejrin lejn Sierra Leone, b’ammont imorru għall-finanzjament ta’ proġetti tal-ilma, elettriku, saħħa u edukazzjoni fir-raħal fejn ġiet skoperta.
Djamanti kienu kkawżaw gwerra ċivili ta’ għaxar snin fis-Sierra Leone li ntemmet fl-2002 u qatlet 50,000 ruħ.
Ir-ribelli kienu sfurzaw lill-abitanti tal-Lvant tal-pajjiż biex iħaffru għad-djamanti fil-minjieri u mill-qligħ tagħhom xtraw armi biex ikomplu l-kunflitt.