Joseph Fenech ta’ 74 sena tilef ħajtu wara li nqaleb bi tractor fi Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:00. Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ddikjarat lill-anzjan mejjet fuq il-post.
Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt li x’aktarx l-anzjan kien qed jaħdem fuq il-parti ta’ fuq tal-għalqa u għal xi raġuni waqgħa għall-għalqa ta’ taħt bil-konsegwenza li nqabad taħt il-vettura. Fuq il-post hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija inkluż dawk tal-forensika fejn qed jiddokumentaw ix-xena tal-inċident.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr D Frendo Dimech LLD li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.