Il-Pulizija kkonfermat li t-tapizzar Raymond Grima kien fil-mira tad-delitt li seħħ nhar il-ġimgħa li għadda f’H’Attard.
Il-Pulizija qalet li minn investigazzjonijiet sa issa, qed jindika li l-mira f’dan id-delitt kien is-Sur Raymond Grima. Il-Pulizija qed tkompli tanalizza bir-reqqa kull informazzjoni li qed taslilha minn membri tal-pubbliku. Bħalma sar dejjem f’investigazzjonijiet ta’ din ix-xorta, il-Pulizija tintensifika l-isforzi fl-investigazzjoni tagħha u minħabba s-sensistivita` tal-każ hu prematur li tiżvela informazzjoni oħra. Il-Pulizija qalet li t-tapizzar għadu f’qagħda kritika.