Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ikkonferma li se jibda jbigħ l-każini Nazzjonalisti Delia nqabad jikkontradixxi lilu nnifsu meta illum qal li qatt ma wiegħed lin-nazzjonalisti li mhux se jbiegħ il-każini.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nqabad f’kontradizzjoni dwar il-bejgħ tal-kazini tal-Partit Nazzjonalista. Adrian Delia kkonferma l-istorja tal-gazzetta Kullħadd , dik li se jbigħ il-każin ta’ Fleur De Lys u Ħal Għaxaq.
Delia jinsab dahru mal-ħajt u m’għandux għazla oħra ħlief li jbigħ il-kazini nazzjonalisti biex jiggarantixxi paga lil sħabu li kisbu kariga fil-Partit Nazzjonalista. Bħad-deputat Clyde Puli u Pierre Portelli.
Dan ifisser li Delia se jmur lura mill-wegħda li għamel lit-tesserati nazzjonalisti qabel ħa tmun tal-patit li ma jbigħx il-kazini Nazzjonalisti.