Il-Qorti kkundannat lil Justin Mamo 24 xahar ħabs u multa ta’ €800 wara li nstab ħati li kiser ir-regoli tal-probation li kien inagħta sentejn ilu. Mamo kien akkużat li għamel ħsara fuq xejn inqas minn ħames karozzi tal-kiri kif ukoll fuq żewġ każi ta’ pick-pocketing. Meta il-Pulizija avviċinat lil Mamo sabiex jarrestawh huwa heddidhom u irreżista l-arrest.
Kien għalekk li l-qorti ddeċidiet li apparti s-sentenza ta’ ħabs poġġiet lil Mamo taħt ordni ta’ trattament għall-perjodu ta’ 3 snin kif ukoll ordnat lil Direttur tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex jipprovdi lil Mamo l-għajnuna meħtieġa minħabba l-problema ta’ droga.