Mara mietet wara li nirien ħakmu blokka ta’ appartamenti fit-Tramuntana ta’ Londra. Mas-sittin membru tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post f’Hampstead biex jikkontrollaw in-nirien. Mal-għoxrin persuna laħqu ħarbu mill-binja sakemm waslet l-għajnuna fuq il-post. Il-mara jidher li mietet fuq il-post. In-nirien ikkawżaw ħsarat fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet sular tal-binja. Il-kawża ta’ dawn in-nirien għadha qed tiġi investigata.