Persuna sofriet xi ġrieħi wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina ġo residenza fi Triq Tal-Borg f’Raħal Ġdid. Waqt l-argument li seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs u żewġ persuni oħra sofriet xi ġrieħi. Fuq il-post marru diversi units tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid fejn fi ftit mumenti ħadu kontroll tas-sitwazzjoni.
Kelliem għall-Pulizija qal lil one.com.mt li l-mara ttieħdet l-isptar għall-kura. Filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ttieħdu ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid fejn wara li rċivew il-kura inżammew arrestati mill-Pulizija sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.