Waqt li kien qed jinawgura estensjoni fi skola Internazzjonali fil-Furjana l- Prim Ministru ħabbar li l-Gvern għaddej bżħidma sabiex jemenda l-liġi tal-visa f’pajjiżna. Dan se jsir minħabba diffikultajiet li jaffaċċjaw studenti li jkollhom ix-xewqa li jiġu jistudjaw f’pajjiżna iżda ma hemx rappreżentanza Maltija f’pajjiżhom. Il-Prim Ministru qal li il-Gvern jixtieq li jniedi sit online fejn wieħed jista’ japplika għall-Visa f’pajjiżi fejn m’hemx uffiċini jew rappreżentanti Maltin.