Il-Maltin fl-Awstralja qed jirrapportaw li l-President ta’ Malta se żżurhom f’nofs Lulju.
Fir-rivista The Voice of the Maltese, jikkwotaw sorsi mhux uffiċjali jgħidu li l-President ġiet mistdiena tindirizza konferenza internazzjonali fil-belt Adelaide. Qalu wkoll li se żżur Melbourne u Sydney.
Sorsi tagħna viċin il-President ta’ Malta ma’ eskludewx din iż-żjara, iżda lanqas ikkonfermawha. Fl-ewwel messaġġ li kienet wasslet lill-Maltin fl-Awstralja fl-2014, Marie Louie Coleiro Preca kienet aċċennat li tixtieq iżżur l-Awstralja.
Ritratt: Reuben Piscopo, DOI