F’San Pawl il-Baħar irriżenja kunsillier ieħor mill-Partit Nazzjonalista. Issa ddikjara lilu nnifsu bħala kunsillier indipendenti, Joseph Vella, f’riżenjna mill-PN li ssegwi dik tal-avukat Robert Piscopo. Dan ifisser li issa f’San Pawl il-Baħar il-Partit Laburista għandu sitt kunsillieri, il-Partit Nazzjonalista għandu ħamsa u hemm żewġ kunsillieri indipendenti.
Oriġinarjament dan kien kunsill fejn il-Partit Nazzjonalista kellu seba’ kunsillieri. F’San Pawl il-Baħar kien diġa’ rriżenja l-Viċi-Sindku, David Thake, li minn naħa tiegħu rriżenja anke minn kunsillier wara li ddikjara nuqqas ta’ fiduċja f’Adrian Delia, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-blog tiegħu l-avukat Franco Debono qal li dalgħodu Vella nforma lis-segretarju eżekuttiv tal-Kunsill Elke Sghendo b’din ir-riżenja.