Imut Charles Manson, l-eks mexxej tal-kult the Mason Family. Charles Manson kien il-moħħ wara l-qtil fuq l-attriċi Sharon Tate u sitt persuni oħra lejn l-aħħar tas-snin sittin. F’Jannar Manson inħareġ mill-ħabs fejn kien qed jinżamm u ttieħed ġo sptar wara li kellu infezzjoni fil-musrana. Minn hemm it-tobba baqgħu ma ċċertifikawħx li huwa fi stat ta’ saħħa tajba li jerġa jmur il-ħabs u baqa’ miżmum go sptar taħt sigurtà stretta.
Fl-1971 Mason li għandu Swastika mpinġija f’nofs moħħu instab ħati fuq qtil u komplott fuq qtil ta’ seba’ persuni. Is-sentenza kapitali li kien inagħta oriġinarjament nbidlet f’seba’ sentenzi t’għomor il-ħabs. Manson applika għal parole xejn inqas minn tnax –il darba madankollu l-Qorti Amerikana ċaħdet kull wieħed minnhom.