Il-Forzi Iraqqini ħadu lura taħt idejhom il-belt Rawa. Dan ifisser li l-grupp terroristiku ISIS, tilef l-aħħar villaġġ li kien qed jokkupa fil-pajjiż.
Din il-kisba, li seħħet wara li bdew l-attakki s-Sibt li għadda, qed tħalli lill-grupp terroristiku vunnerabbli bl-ebda ċans li jokkupa lill-Iraq.
Huma żoni vera żgħar li jinsabu taħt it-tmexxija tal-militanti, dan wara li tilfu l-poter fuq il-belt ta’ al-Qaim il-ġimgħa li għaddiet.