L-eks mara tal-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi ġiet ordnata biex tħallsu lura €60 miljun f’manteniment wara li l-Qorti sostniet li hi ma kelliex bżonn il-flus.
Berlusconi mhux se jkun qed iħallas €1.4 miljun fix-xahar lil Veronica Lario, l-omm ta’ tlett itfal minn tiegħu.
L-avukati tiegħu qalu li Lario għandha flus biżżejjed biex tmantni lilha nfisha b’wirt ta’ madwar €16 miljun. S’issa hi għadha ma tat l-ebda kumment.
Berlusconi u Lario temmew ir-relazzjoni tagħhom lura fl-2009 wara li hu ntlemaħ waqt ċelebrazzjoni ta’ għeluq snin ta’ mudella li għalqet 18-il sena.