Il-President taż-Żimbabwe Robert Mugabe qed jingħad li qed jirreżisti li jċedi postu, hekk kif qed jiżdiedu l-appelli biex jirriżenja.
Huwa tpoġġa fuq arrest f’daru waqt li fil-jum tal-Erbgħa l-militar ħa f’idejh il-pajjiż, qalb ġlieda fuq min se jkun is-suċċessur tiegħu.
Fil-jum tal-Ġimgħa, il-militar qal li kien qed jikkomunika mal-President ta’ tlieta u disgħin sena.
Intqal ukoll li ġew arrestati nies deskritti kriminali li kienu jaħdmu mal-President, iżda ma ngħatawx ismijiet.