Il-President Franċiż, Emmanuel Macron stieden lill-Prim Ministru Lebaniż- Saad Hariri, u l-familja tiegħu fi Franza iżda għamilha ċara li ma kienx qed joffri eżilju politiku.
L-uffiċjali Franċiżi qalu li Hariri se jasal fil-jiem li ġejjin.
Hariri irriżenja għal għarrieda waqt żjara fl-Arabja Sawdija fl-4 ta’ Novembru.
Il-gvern tal-Arabja Sawdija ċaħad li żammu kontra r-rieda tiegħu jew li sfurzah biex jirriżenja f’tentattiv biex irażżan l-influwenza tal-għadu reġjonali tiegħu, l-Iran.