Il-Korea t’Isfel ipposponiet l-eżami nazzjonali għad-dħul fil-kulleġġ għall-ewwel darba.
Dan wara li l-pajjiż intlaqat minn terremot ta’ ħamsa punt erbgħa li kien it-tieni l-akbar li qatt sar u li ħalla minn tal-inqas sebgħa u ħamsin persuna midruba u aktar minn elf u ħames mija bla saqaf fuq rashom.
Dan it-test annwali ġie pospost għall-ġimgħa d-dieħla minħabba raġunijiet ta’ sigurta’.
L-eżami huwa kkunsidrat bħala wieħed kruċjali biex jassigura post f’waħda mill-aqwa universitajiet li eventwalment twassal biex ikun assigurat impjieg mill-aqwa.