Pittura ta’ Kristu antika 500 sena maħsuba li tpittret minn ħadd ħlief Leonardo da Vinci ġiet mibjugħa fi New York għal rekord ta’ $ 450m (£ 341m).
It-tpinġija hija magħrufa bħala Salvator Mundi (Salvatur tad-Dinja).
Il-prezz offert għaliha huwa l-ogħla prezz li qatt ġie offrut f’irkant għal kwalunkwe xogħol tal-arti u ġab ferħ u ċapċip fil-kamra tal-irkant ippakjata ta’ Christie’s.
Leonardo da Vinci miet fl-1519 u anqas minn 20 mill-pitturi tiegħu għadhom jeżistu.
Huwa maħsub li Salvator Mundi- li ġie mpitter f’xi żmien wara l-1505, huwa l-uniku xogħol li jinsab f’idejn privati.
L-offerti bdew minn $ 100 miljun u telgħu sas-somma finali ta’ $ 400 miljun, li bit-taxxi titla’ għall-prezz sħiħ ta’ $ 450.3m.
Ix-xerrej mhux magħruf kien involut fil-kompetizzjoni tal-irkant permezz ta’ telefonata, li damet madwar 20 minuta.