Dan il-lejl il-Pulizija mid-distrett tan-Naxxar daħlilha rapport li kien hemm bżonn l-assistenza ġo residenza fil-Għargur. Minnufiħ marru numru ta’ uffiċjali fuq il-post fejn sabu raġel ta’ dixxendenza Għarbija li tiġa għandu pedina kriminali jagħti fuq bieb ta’ residenza. Malli avviċinaw dan tefa Pulizija it-taraġ filwaqt li qabad jaqbeż fuq il-karozza tat-tfajla tiegħu fl-istess triq.
Il-Pulizija rnexxielhom jarrestawh iżda kif ittieħed l-għassa l-agressur reġa ġie vjolenti fejn kisser xi għamara u baqa jħebb għall-Pulizija. Kien hawn fejn intalbel l-assistenza ta’ żewġ units tal-RIU sabiex jippruvaw jieħdu kontroll tas-sitwazzjoni.
Kien hawn fejn l-agressur beda jinstabat mal-art u jħabbat rasu mal-ħajt bil-għan li jkun jista jallega li l-Pulizija użaw forza eċċessiva. Intant intalbel l-assistenza ta’ ambulanza fejn hawn ukoll l-agressur beda jsabbat u jipprova jagħti. Intant dan ikkawża xi ħsarat fuq ġewwa tal-ambulanza.
l-ispettur Sandro Camilleri mill-POU GWU wera d-dispjaċir u rabja tiegħu dwar dan il-każ. Huwa sostna li ta’ kuljum numru ta’ Pulizija qed iweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Qal li l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-korp komplew iġibu lill-Pulizija f’pożizzjoni aktar riskjuża. Kien hawn fejn talab għall-bidla fil-liġi tal-Pulizija ħalli f’każijiet bħal dawn u oħrajn simili l-Pulizija jkunu jistgħu jużaw it-tazer sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom bl-aktar mod effiċjenti u mingħajr ħadd ma jweġġa’.
Intant matul il-jum tal-Erbgħa il-Pulizija li twaqqa’ it-taraġ kellu jidaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura wara li beda juri sintomi ta’ concussion.