Illum Franza qed isellem il-memorja ta’ mija u tletin persuna li nqatlu fl-attakk li seħħ f’Pariġi sentejn ilu.
Il-President Franċiż, Emmanuel Macron kien akkumpanjat fost l-oħrajn minn Francois Hollande, l-president ta’ dak iż-żmien li seħħew l-attakki f’Pariġi.L-uniku suspettat ġihadista, Salah Abdeslam li ffaċċja sitt darbiet lill-ġurati, tkellem biss darba u mill-bqija għażel li jibqa’ fis-silenzju.
Huwa qed ikun suspettat li mexxa l-loġistika tal-grupp li attakka l-istadium, il-kafeteriji u d-diskoteka.
L-investigaturi jgħidu li d-dossier kontrih jista’ ma jkunx komplut sar-Rebbiegħa tal-elfejn u dsatax.