Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy se jżur Katalunja għall-ewwel darba mindu impona tmexxija diretta fuq ir-reġjun ġimgħatejn ilu.
Huwa sejjaħ elezzjoni reġjonali f’Diċembru u se jindirizza laqgħa tal-kampanja tal-partit ċentru-lemini tiegħu.
Madwar seba mija u ħamsin elf persuna pprotestaw f’Barċellona s-Sibt filgħaxija kontra d-ditenzjoni tal-mexxejja Katalani.
Dan hekk kif diversi persuni nżammu arrestati wara li l-Gvern Katalan għamlu dikjarazzjoni unilaterali għall-indipendenza.