Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li kellu diskussjonijiet tajba mal-mexxej Russu Vladimir Putin meta dawn iltaqgħu fis-summit tal-Asja u l-Paċifiku fil-Vjetnam.
Fuq Twitter, huwa kkundanna lil dawk li sejħilhom għajjurin u boloh, nies li skontu mhux qed jinkoraġġixxu relazzjoni tajba bejn iż-żewġ pajjiżi.
Iktar kmieni, Trump qal li Putin qallu li kien insulentat bl-allegazzjonijiet ta’ indħil Russu fl-elezzjoni Amerikana tal-elfejn u sittax.
Il-kommunita’ tal-intelliġenza Amerikana kienet ikkonkludiet li r-Russja pruvat iddawwru ir-riżultat finali favur Trump.