Propju bħalissa qed tintrama ġewwa New York is-siġra tal-Milied taċ-Ċentru Rockefeller, sinonima maż-żminijiet ta’ festa li ġejjin.Il-verżjoni ta’ din is-sena- siġra koniferuża li nġiebet apposta min-Norveġja, tilħaq tul ta’ 75 pied u tiżen bejn 12 u 13-il tunnellata.
Is-siġra se tinxtegħel b’ħames mili ta’ dwal LED (jiġifieri 45,000 bozza biex ikunu eżatti) u mżejna bi stilla magħmula minn 25,000 kristall tal-Swarowski fil-quċċata tagħha.