Membri tat-tim tal-istilla tal-Formula Wieħed Lewis Hamilton ġew affrontati b’ armi tan-nar u misruqa ġewwa l-Brażil.
Hamilton qal li kien hemm xi tiri sparati u li membru mit-tim spiċċa b’arma tan-nar miżmuma ma’ rasu, filwaqt li minibus kienet attakkata u misruqa barra ċ-ċirkwit ta’ Interlagos fil-Brażil.
Fi tweet is-sewwieq Ingliż stqarr li din l-aħbar dejqitu, u appella lil ammiraturi tiegħu biex jgħidu talba għal dawn il-membri li sofrew dan l-attakk waqt il-qadi ta’ xogħlhom.