Figura tax-xemgħa daqs ta’ bniedem ta’ Adolf Hitler li kienet saret popolari għas-“selfies” mal-viżitaturi ta’ mużew fl-Indoneżja, ġiet mneħħija.
Ritratti li ġew maqsuma fuq il-midja soċjali juru lin-nies jitbissmu filwaqt li jippużaw mal-mexxej Nażżist quddiem stampa kbira mal-ħajt tal-kanċelli tal-kamp ta’ konċentrazzjoni ta’ Auschwitz.
Kien biss meta l-komunità internazzjonali rreaġiet b’rabja li l-Mużew tal-Arti tal-Istatwi DE ARCA rrealizza li kien offenda s-sentiment pubbliku.
Il-mużew, f’Jogjakarta, Java, qal huma riedu biss jedukaw.
Din l-figura, waħda minn madwar 80 fil-mużew, waslet inqas minn sena wara li kafetterija b’tema Nażista ġiet miftuħa f’Bandung, belt oħra fl-Indoneżja.