Żewġ xabbaturi li telgħu fuq il-muntanja Everest jinsabu mitlufa. Dan wara li tnejn oħra mietu. Skont organizzatur ta’ dawn it-tip ta’ espedizzjonijiet, ix-xabbaturi li għandhom ma nstabux huma Indjani u l-aħbar ħarġet l-għada li tnejn oħra mietu.
Jidher li fl-aħħar jiem is-sitwazzjoni fuq il-muntanja li fl-aħħar snin telgħu magħha wkoll numru ta’ Maltin xejn ma kienet waħda tajba. Madwar 30 xabbatur ħassewhom ma jifilħux jew kellhom problem fil-mument li kienu qed joqorbu lejn il-quċċata. Mill-11 ta’ Mejju kien hemm madwar 400 xabbatur li telgħu sal-quċċata u niżlu mingħajt inkwiet, iżda fuq din il-muntanja kollox jista’ jinbidel f’sigħat kif fil-fatt sar.
Ritratt: theatlantic.com