L-inventur Ingliż Richard Browning waqqaf Rekord Dinji tal-Guinness għall-ogħla rata ta’ veloċità milħuqa f’libsa b’magna ġett kkontrollata mill-ġisem stess.
Il-fundatur u l-pilota-kap tal-kumpanija tat-teknoloġija Brittanika Gravity Industries laħaq veloċità ta’ 32.02 mph fuq it-tielet tentattiv tiegħu fil-park ‘Lagoona‘ f’Reading.
Ħin minnhom huwa żbalja u waqa’ kemmxejn lura, iżda dan ftit li xejn affettwa, hekk kif ir-rekord kien diġà intlaħaq.
L-avukat Pravin Patel mir-Rekords Dinjin tal-Guinness kien qiegħed fil-post fejn seħħ dan kollu sabiex jiżgura li l-veloċità ta’ Browning tkun qed tiġi mkejla b’mod preċiż fuq mill-inqas 100 metru.
Il-libsa ta’ Browning, li ġiet imxebbħa mal-libsa ta’ Iron Man, hija magħmula minn sitt turbini tal-gass mikro-alimentati bil-pitrolju, li kull wieħed minnhom għandu toqol ta’ 22kg.
Il-moviment tal-persuna fl-arja huwa kkontrollat biss mill-moviment tal-ġisem, filfatt Browning kellu jipprattika eżerċizzji fiżiċi biex isaħħaħ il-muskoli tal-qalba qabel l-attentat għar-rekord dinji.