Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposti mmirati biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju(CO2) tal-vetturi fl-Unjoni Ewropea sas-sena 2030.
Dan sabiex titpoġġa aktar pressjoni fuq il-manufatturi fl-UE sabiex joħolqu aktar vetturi tal-elettriku u hybrid. Il-Kummissjoni trid ukoll li tintroduċi inċentiv f’forma ta’ skema sabiex tinkoraġġixxi kumpaniji joħolqu aktar vetturi li għandhom emmissjoni baxx.
B’din il-proposta, l-emmissjoni tas-CO2 tal-vetturi jkollu jonqos b’15% sal-2025 meta kkumparat mal-2021 u 30% sal-2030.
Jekk isir xi tibdil, dawn il-bidliet mhux se jkunu japplikaw għar-Renju Unit, dejjem jekk ma jkunux parti mill-Unjoni Ewropea.